Ghand il-Pubblikaturienglish

IL-LEWN TAL-GILDA (PUBLIKAZZJONI INDIPENDENZA)
Hames zghazagh jiltaqghu b’mod regolari bhala hbieb antiki. Huma differenti hafna minn xulxin, ibda minn wiehed kwiet u serju maghruf bhala l-’qassisu’ u spicca minn dak maghruf bhala s-’sexy’ li hu cajtier ghall-ahhar imma razzist. Dawn isiru hbieb ma’ xi refugjati li l-istejjer taghhom lanqas jitwemmnu.

Dan mhuwiex ktieb ghat-tfal izda ghaz-zghazagh u anke ghall-kbar ghax is-suggetti huma iktar maturi u l-mod kif jitkellmu xi whud miz-zghazagh, is-sitwazzjonijiet li jsibu ruhhom fihom u kif igibu ruhhom mhumiex dejjem addattati ghat-tfal.

HABIB FIL-BZONN (MEDIA CENTRE)
Stefan kien imdejjaq id-dar. Ommu kienet mitlufa tiehu hsieb bintha marida tant li anke l-missier telaq mid-dar. Il-guvnott kien ifittex il-hbieb biex jedha u jinsa izda l-hbieb li kellu ma kinux mill-ahjar. Gew f’hafna nkwiet sakemm iltaqghu ma’ Charles li hajjarhom jiehdu sehem f?kompetizzjoni sportiva. Bil-mod il-mod ibiddlu hajjithom u jaslu biex anke jibdew jghinnu lil dawk li kellhom bzonnijiet specjali. Fl-istess hin huma jkollhom ghadd ta’ esperjenzi u avventuri interessanti, fosthom f’Ghawdex u anke f’Messina.

Kotba ohra ghand il-Pubblikaturi
HABIB FIL-BZONN – Media Centre
TMIEM QARES – Wise Owl Publications
DAWRIET MA’ MALTA – PEG
FESTI MATUL IS-SENA – PEG
JAGHTUNA SERVIZZ – PEG
IL-HBIEB TAGHNA L-ANNIMALI – PEG
PAJJIZI BARRA MINN MALTA – PEG
ID-DINJA TA’ L-ISPORTS – PEG
HREJJEF SBIEH – PEG
Il-Kompetizzjoni – Kummissarju għat-Tfal
Tmien Qares – Wise Owl Publications
Il-Misteru tal-Imdina – Klabb Kotba Maltin
Il-Magħmul u l-Għajn Ħażina – Printcare
Il-Patri Lebbruż – Veritas Press

Ghadhom fil-Kompjuter
TFAL U ZGHAZAGH TA’ L-OLOKAWST
Dan mhuwiex ktieb ghat-tfal u lanqas ghal dawk li huma sensittivi hafna fejn jidhlu mohqrija u torturi. Izda huwa rakkont ta’ tragedja umana fl-iktar zmien ikrah ta’ l-istorja tal-bniedem f’dawn l-ahhar snin. L-awtur, Tony C Cutajar, li kiteb ghadd ta’ kotba specifikament ghaz-zghazagh, qed jipprezenta dan it-tip ta’ xoghol ghall-ewwel darba bil-Malti halli l-guvintur u t-tfajliet ta’ llum ikunu jafu u ma jinsew qatt minn xiex ghaddew miljuni ta’ nies innocenti. Kif qal fid-dedika tieghu, l-awtur hareg b’dan il-ktieb biex qatt izjed fid-dinja ma nergghu nghaddu minn din l-esperjenza tal-wahx u ta’ dannu kbir ghall-umanit.

IL-KRUCJATA TAT-TFAL
Il-krucjata tat-tfal kienet grajja misterjuza ghall-ahhar li grat madwar is-sena 1212. Din l-istorja straordinarja tghid li numru kbir ta’ tfal u zghazagh ivvjaggaw eluf ta’ mili biex jiehdu l-Art Imqaddsa minn taht idejn il-Musulmani. Wara l-falliment ta’ l-ewwel erba krucjati maghrufin sew fl-istorja, din il-krucjata kienet immexxija mit-tifel raghaj Stephen li telaq minn Franza bi 30,000 ruh u Nicholas mill-Germanja b’20,000 ohra. Fit-triq huma ltaqghu ma? hafna esperjenzi koroh u spiccaw hazin, anke jekk xi whud irnexxielhom jaslu sal-Palestina fejn inbieghu bhala skjavi.

Din hija grajja storika li qatt ma nkitbet bil-Malti u li ghandha tinteressa din l-eta ghal hafna ragunijiet. Hawn insiru nafu dwar il-hajja fiz-Zminijiet tan-Nofs, il-vokazzjoni tal-Kavallieri Ospitalieri u l-ghanjiet u r-rizultati ta’ l-ewwel krucjati favur l-insara fl-Art Imqaddsa. Insibu wkoll konnessjoni mal-famuza leggenda tad-daqqaq tal-fifra u t-tfal Germanizi li mxew warajh u ma dehru qatt izjed, kif ukoll leggendi ohra marbuta ma’ din il-grajja misterjuza.

IL-KAVALLIER TAC-CINJU
F’dan il-ktieb insibu tliet hrejjef romantici li ma jispiccawx kif jispiccaw hrejjef ohra ta’ dan it-tip fejn il-mahbubin fl-ahhar igawdu lil xulxin wara hafna taqtigh ta’ qalb, ghawg u problemi ohra. It-tlieta fihom certu seher u magija izda l-mahbubin jispiccaw billi jigu kkastigati ghax forsi jkunu ghamlu xi zball li ma setax jinhafer.

  • IL-KAVALLIER TAC-CINJU hija wahda mill-iktar leggendi popolari tal-Germanja. Hija storja medjevali li l-kompozitur maghruf tas-seklu dsatax, Richard Wagner, kien ghamilha opra bl-isem ta’ Lohengrin li baqghet dejjem popolari ma? dawk kollha li jhobbu l-muzika lirika.
  • IS-SEBA’ JUM TAS-SEBA’ XAHAR hija storja fittizzja mibnija fuq leggenda Ciniza. Bhalma ahna niccelebraw Jum San Valentinu bhala Jum il-Mahbubin, hekk ukoll fil-kalendarju Ciniz is-seba’ jum tas-seba’ xahar huwa ccelebrat bhala Jum il-Mahbubin Chinisi.
  • WARD FLOK HOBZ hija mibnija kollha kemm hi fuq rakkont storiku u awtentiku Ghalkemm hafna jqisu parti minn din l-istorja bhala hrafa jew leggenda, ohrajn jemmnu li kienet miraklu. L-Ungerizi jaraw din l-istorja bhala wiehed mill-aqwa rakkonti ta’ pajjizhom u ma taghtihomx tort ghax il-karattru principali kienet ir-Regina tal-pajjiz u li wara ssir qaddisa u l-patruna specjali ta’ l-Ungerija.

GHADHOM FIL-KOMPJUTER
FNIEK TA’ L-INDI MIS-SEMA
IL-MAGHMUL U L-GHAJN HAZINA
GARRA DEHEB

Navigation

Language

  • english
  • maltese

Recent Comments:

  • TONY C. CUTAJAR: Frances, Ma nafx jekk kontx wegibtek u ghalkemm ghadda hafna zmien, jiena lest li meta jkollok...
  • Doreen Fenech: Qed niehu gost li hareg dan il-ktieb, ghax barra li huwa ktieb sabih biex taqrah huwa memorja ghalija...
  • david schembri: ghaziz sur cutajar, jiena minn dejjem segwejt hafna mill-kotba tieghek u issa skoprejt illi qieghed...
  • Frances Cauchi: Toni, Jiena Frances minn Radju Lauretana, Ghajnsielem Ghawdex. F’April ser intella t-tieni...
  • Leon Zammit: grazzi hafna toni tal kotba li batli.il-progett tal-millenju vera laqatni.nixtiq li tibqa tikteb hafna...

Search

Archives

September 2010
M T W T F S S
« Oct    
 12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
27282930  

Blogroll

Meta

Syndication

Search Malta