IL-MISTERU TA’ BIEB IS-SULTAN english

October 13th, 2009

Dan huwa t-tmien ktieb ta’ Tony C. Cutajar fis-Sensiela Misteri maħruġa mill-Klabb Kotba Maltin. Huwa prinċipalment miktub għat-tfal tal-aħħar snin tal-Primarja. Fl-istorja t-tfal tal-klassi qed jistudjaw dwar is-swar, it-torrijiet u l-fortifikazzjonijiet madwar Malta. Il-bieb prinċipali fis-swar tal-Kottonera, magħruf bħala l-Mina ta’ Ħaż-Żabbar jew Bieb il-Belt, għandu leġġenda antika. Skont din il-leġġenda, in-naħa fejn qed tħares l-istatwa tal-Gran Mastru li hemm fuq il-bini hemm teżor moħbi. Huwa misteru kif ħadd qabel ma rnexxielu jsib dan it-teżor. It-tfal tal-klassi jikkompetu bejniethom biex jippruvaw isolvu dan il-misteru. Wara ħafna avventuri, waħda mit-tfal b’kumbinazzjoni ssib it-teżor prezzjuż u malajr issir magħrufa ma’ Malta kollha.

IT-TIFEL BIL-PIJAMA RRIGATA english

November 21st, 2008

THE BOY IN THE STRIPED PYJAMAS huwa ktieb letterarju li jgaghlek tahseb, thoss u jhallik b’toghma qarsa. Miktub bi stil originali mill-awtur Irlandiz John Boyne (twieled 1971), huwa ta’ valur edukattiv kbir li ftit issib bhalu u ghandu jifforma parti mill-qari tat-tfal fl-iskejjel. Huwa ktieb li jigi apprezzat anke mill-kbar ghas-suggett tieghu. F’Marzu tal-2008 inbieghu iktar minn miljun kopja madwar id-dinja kollha. Fi Spanja kien l-iktar ktieb li nbiegh fl-2007 meta nbieghu iktar minn 800,000 kopja bl-Ispanjol. Huwa kiser ir-rekord bhala l-iktar rumanz li dam fil-quccata tal-kotba Irlandizi, 66 gimgha u ghadu hemm anke jekk ghaddew sentejn minn mindu gie ppublikat. Dan il-ktieb rebah ukoll numru ta’ premjijiet tas-sena u gie nominat ghal ghad kbir ta’ premjijiet fl-Ingilterra, l-Amerka l-Italja u pajjizi ohra.

Din l-istorja semplici izda qawwija u inkwetanti nqalbet fi 32 lingwa u issa anke bil-Malti mill-awtur ferm popolari tal-kotba tat-tfal Tony C. Cutajar. Il-ktieb gie ppublikat mill-Klabb Kotba Maltin bl-isem ta’ IT-TIFEL BIL-PIGAMA RRIGATA. Ma jdumx ma jidher ghall-bejgh fil-hwienet fl-istess hin li jidher hawn Malta l-film (Mirmax/Heyday) li nkiteb mid-direttur Mark Herman u li diga’ beda jintwera barra minn Malta.

Din is-sena english

May 15th, 2008

Din is-sena dig? hargu tliet kotba ta’ Tony C Cutajar ippubblikati minn tlitt idjar tal-pubblikazzjoni differenti. 2008 tidher li se tkun sena ohra ta’ successi kbar ghall-awtur bhal ma kienet is-sena l-ohra meta rebah zewg premjijiet specjali fic-cerimonja tal-Premju Ktieb Nazzjonali. F’Jannar il-Klabb Qari Nisrani hareg il-ktieb ZGHAZAGH FIL-BIBBJA li jirrakkonta dwar uhud mill-eroj kbar tal-Bibbja li f’zoghzithom urew kapacit? mhux tas-soltu. Iz-zghazagh ta’ llum jistghu facilment iharsu lejhom bhala mudelli ghal hajjithom.

F’Marzu l-Klabb Kotba Maltin ippubblika l-ahhar mis-serje ta’ misteri bl-isem ta’ IL-MISTERU TA’ MIGRA L-FERHA, avventura interessanti ta’ zewg koppji zghazagh fi sfond ta’ l-istorja ta’ Malta. Imbaghad f’April PIN kompla bis-serje ta’ kotba Kullana ghat-Tfal bil-pubblikazzjoni ta’ tliet kotba ohra fosthom IS-SERVIZZI. Din is-serje informattiva hija dwar aspetti kulturali tas-socjet? Maltija, f’dan il-kaz is-servizzi socjali: il-pulizija, l-ghalliema, it-tobba u t-turizmu.

ZEWG REBHIET KBAR english

November 8th, 2007

_dsc9015.jpgGhall-okkazjoni tal-Fiera tal-Kotba u l-prezentazzjoni ta’ premjijiet g?all-ahjar kotba tas-sena li saret fil-Berga ta’ Kastilja fid-29 ta’ Novembru 2007, Tony C Cutajar rebah zewg premjijiet prestigjuzi. Huwa nghata l-ewwel premju fil-kategorija ta’ kotba ghat-tfal bil-ktieb tieghu Id-Drawwiet minn fost 23 kotba ohra miktuba minn awturi differenti. _dsc9001.jpgHuwa rebah ukoll it-tieni premju fil-kategorija ta’ kotba ta’ drammi bil-ktieb Mhux Skond iz-Zokk. Il-premjijiet gew ipprezentati mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi fil-pre?enza tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Dr Louis Galea u numru kbir ta’ awturi, pubblikaturi u distributuri. Selezzjoni mill-ktieb Mhux Skond iz-Zokk kienet wahda miz-zewg rapprezentazzjonijiet li gew drammatizzati ghall-okkazjoni.

Zewg Kotba Godda english

November 8th, 2007

ZewG kotba godda li se johorgu fil-bidu tax-xahar ta’ Frar 2008 huma ZGHAZAGH FIL-BIBBJA u IL-MISTERU TA’ MIZRA L-FERHA. L-ewwel ktieb se jinhareg mill-Media Centre u hu ddedikat ghaz-zghazagh. L-awtur ilaqqaghna ma’ persunaggi maghrufin fil-Bibbja li ghaddew minn esperjenzi differenti meta kienu ghadhom zghar fl-eta. Huma jigbdu s-simpatija’ taghna bhala nies normali izda li kellhom fidi f’Alla. It-tieni ktieb li se jinhareg mill-Klabb Kotba Maltin jifforma parti mis-sensiela ta’ misteri li l-Klabb ilu johrog dawn l-ahhar snin ghat-tfal kbar u li Tony C Cutajar kiteb numru mhux hazin minnhom. Din hija storja interessanti li ghandha tinteressa lit-tfal, liz-zghazagh u anke lill-kbar.

MERHBA english

November 7th, 2007

Tony C CutajarJiena ili nikteb mill-1974 u minn dak iz-zmien ‘l hawn bqajt nohrog kwazi ktieb fis-sena. Xi snin minnhom hrigt anke tlieta jew erba’ kotba. Kollox kien jiddependi mill-pubblikaturi, ghax bhala ghalliem dejjem sibt il-hin u l-pjacir li nikteb.

Bdejt nikteb ghall-kbar, inzilt fil-livell taz-zghar u dawn l-ahhar snin qed niddedika ruhi ghaz-zghazagh ghax kienu jgorru li ftit kien hawn kotba bil-Malti ghalihom. U kellhom ragun. Izda issa m’ghandhomx ghalfejn igorru izjed ghax diga ppublikajt 15-il ktieb apposta ghalihom u ghandi numru iehor jistenna lill-publikaturi li johorguhom.

Minn mindu rtirajt minn ghalliem ghaxar snin ilu harguli 25 ktieb u r-raguni hi li ma naf naghmel xejn izjed hlief li nikteb…. u li nkompli nghallem, anke jekk indirettament. Nispera li int ukoll issib ktieb jew tnejn minn tieghi li jinteressawk… u li forsi tithajjar tibda tikteb bhali.

Nawguralek.

Navigation

Language

  • english
  • maltese

Recent Comments:

  • TONY C. CUTAJAR: Frances, Ma nafx jekk kontx wegibtek u ghalkemm ghadda hafna zmien, jiena lest li meta jkollok...
  • Doreen Fenech: Qed niehu gost li hareg dan il-ktieb, ghax barra li huwa ktieb sabih biex taqrah huwa memorja ghalija...
  • david schembri: ghaziz sur cutajar, jiena minn dejjem segwejt hafna mill-kotba tieghek u issa skoprejt illi qieghed...
  • Frances Cauchi: Toni, Jiena Frances minn Radju Lauretana, Ghajnsielem Ghawdex. F’April ser intella t-tieni...
  • Leon Zammit: grazzi hafna toni tal kotba li batli.il-progett tal-millenju vera laqatni.nixtiq li tibqa tikteb hafna...

Search

Archives

September 2010
M T W T F S S
« Oct    
 12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
27282930  

Blogroll

Meta

Syndication

Search Malta