IL-MISTERU TA’ BIEB IS-SULTAN english

Dan huwa t-tmien ktieb ta’ Tony C. Cutajar fis-Sensiela Misteri maħruġa mill-Klabb Kotba Maltin. Huwa prinċipalment miktub għat-tfal tal-aħħar snin tal-Primarja. Fl-istorja t-tfal tal-klassi qed jistudjaw dwar is-swar, it-torrijiet u l-fortifikazzjonijiet madwar Malta. Il-bieb prinċipali fis-swar tal-Kottonera, magħruf bħala l-Mina ta’ Ħaż-Żabbar jew Bieb il-Belt, għandu leġġenda antika. Skont din il-leġġenda, in-naħa fejn qed tħares l-istatwa tal-Gran Mastru li hemm fuq il-bini hemm teżor moħbi. Huwa misteru kif ħadd qabel ma rnexxielu jsib dan it-teżor. It-tfal tal-klassi jikkompetu bejniethom biex jippruvaw isolvu dan il-misteru. Wara ħafna avventuri, waħda mit-tfal b’kumbinazzjoni ssib it-teżor prezzjuż u malajr issir magħrufa ma’ Malta kollha.


One Response to “IL-MISTERU TA’ BIEB IS-SULTAN”

  1. Doreen Fenech Says:

    Qed niehu gost li hareg dan il-ktieb, ghax barra li huwa ktieb sabih biex taqrah huwa memorja ghalija u ghat-tifel tieghi Matthew meta kien Year 6 ghand l-ghalliema habbrieka u brava Ms Jane Pulis. It-tfal ta’ din il-klassi hadmu flimkien mas-Sur Cutajar biex johrog bil-plot ghal dan il-ktieb, specjalment wahda mill-istudenti bravi Svetlana Fenech li kienet propju l-plot taghha li ghogbot l-aktar lis-Sur Cutajar. Ktieb li m’ghandux jintilef mit-tfal li jhobbu l-avventura.

Leave a Reply

Navigation

Language

  • english
  • maltese

Recent Comments:

  • TONY C. CUTAJAR: Frances, Ma nafx jekk kontx wegibtek u ghalkemm ghadda hafna zmien, jiena lest li meta jkollok...
  • Doreen Fenech: Qed niehu gost li hareg dan il-ktieb, ghax barra li huwa ktieb sabih biex taqrah huwa memorja ghalija...
  • david schembri: ghaziz sur cutajar, jiena minn dejjem segwejt hafna mill-kotba tieghek u issa skoprejt illi qieghed...
  • Frances Cauchi: Toni, Jiena Frances minn Radju Lauretana, Ghajnsielem Ghawdex. F’April ser intella t-tieni...
  • Leon Zammit: grazzi hafna toni tal kotba li batli.il-progett tal-millenju vera laqatni.nixtiq li tibqa tikteb hafna...

Search

Archives

October 2009
M T W T F S S
« Nov    
 1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031  

Blogroll

Meta

Syndication

Search Malta