Archive for November, 2007

ZEWG REBHIET KBAR

Thursday, November 8th, 2007

_dsc9015.jpgGhall-okkazjoni tal-Fiera tal-Kotba u l-prezentazzjoni ta’ premjijiet g?all-ahjar kotba tas-sena li saret fil-Berga ta’ Kastilja fid-29 ta’ Novembru 2007, Tony C Cutajar rebah zewg premjijiet prestigjuzi. Huwa nghata l-ewwel premju fil-kategorija ta’ kotba ghat-tfal bil-ktieb tieghu Id-Drawwiet minn fost 23 kotba ohra miktuba minn awturi differenti. _dsc9001.jpgHuwa rebah ukoll it-tieni premju fil-kategorija ta’ kotba ta’ drammi bil-ktieb Mhux Skond iz-Zokk. Il-premjijiet gew ipprezentati mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi fil-pre?enza tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Dr Louis Galea u numru kbir ta’ awturi, pubblikaturi u distributuri. Selezzjoni mill-ktieb Mhux Skond iz-Zokk kienet wahda miz-zewg rapprezentazzjonijiet li gew drammatizzati ghall-okkazjoni.

Zewg Kotba Godda

Thursday, November 8th, 2007

ZewG kotba godda li se johorgu fil-bidu tax-xahar ta’ Frar 2008 huma ZGHAZAGH FIL-BIBBJA u IL-MISTERU TA’ MIZRA L-FERHA. L-ewwel ktieb se jinhareg mill-Media Centre u hu ddedikat ghaz-zghazagh. L-awtur ilaqqaghna ma’ persunaggi maghrufin fil-Bibbja li ghaddew minn esperjenzi differenti meta kienu ghadhom zghar fl-eta. Huma jigbdu s-simpatija’ taghna bhala nies normali izda li kellhom fidi f’Alla. It-tieni ktieb li se jinhareg mill-Klabb Kotba Maltin jifforma parti mis-sensiela ta’ misteri li l-Klabb ilu johrog dawn l-ahhar snin ghat-tfal kbar u li Tony C Cutajar kiteb numru mhux hazin minnhom. Din hija storja interessanti li ghandha tinteressa lit-tfal, liz-zghazagh u anke lill-kbar.

MERHBA

Wednesday, November 7th, 2007

Tony C CutajarJiena ili nikteb mill-1974 u minn dak iz-zmien ‘l hawn bqajt nohrog kwazi ktieb fis-sena. Xi snin minnhom hrigt anke tlieta jew erba’ kotba. Kollox kien jiddependi mill-pubblikaturi, ghax bhala ghalliem dejjem sibt il-hin u l-pjacir li nikteb.

Bdejt nikteb ghall-kbar, inzilt fil-livell taz-zghar u dawn l-ahhar snin qed niddedika ruhi ghaz-zghazagh ghax kienu jgorru li ftit kien hawn kotba bil-Malti ghalihom. U kellhom ragun. Izda issa m’ghandhomx ghalfejn igorru izjed ghax diga ppublikajt 15-il ktieb apposta ghalihom u ghandi numru iehor jistenna lill-publikaturi li johorguhom.

Minn mindu rtirajt minn ghalliem ghaxar snin ilu harguli 25 ktieb u r-raguni hi li ma naf naghmel xejn izjed hlief li nikteb…. u li nkompli nghallem, anke jekk indirettament. Nispera li int ukoll issib ktieb jew tnejn minn tieghi li jinteressawk… u li forsi tithajjar tibda tikteb bhali.

Nawguralek.

Navigation

Language

  • english
  • maltese

Recent Comments:

  • TONY C. CUTAJAR: Frances, Ma nafx jekk kontx wegibtek u ghalkemm ghadda hafna zmien, jiena lest li meta jkollok...
  • Doreen Fenech: Qed niehu gost li hareg dan il-ktieb, ghax barra li huwa ktieb sabih biex taqrah huwa memorja ghalija...
  • david schembri: ghaziz sur cutajar, jiena minn dejjem segwejt hafna mill-kotba tieghek u issa skoprejt illi qieghed...
  • Frances Cauchi: Toni, Jiena Frances minn Radju Lauretana, Ghajnsielem Ghawdex. F’April ser intella t-tieni...
  • Leon Zammit: grazzi hafna toni tal kotba li batli.il-progett tal-millenju vera laqatni.nixtiq li tibqa tikteb hafna...

Search

Archives

November 2007
M T W T F S S
    May »
 1234
567891011
12131415161718
19202122232425
2627282930  

Blogroll

Meta

Syndication

Search Malta